01/09/2026
Bonġu.
Aġġornament għar-residenti ta’ Triq il-Blajjiet, Żonqor Heights.
Fil-preżent qed issir xogħol ta’ tħaffir f’parti minn Triq iż-Żonqor, quddiem il-pitch tal-waterpolo.
Konsegwenza ta’ dan, l-inżul minn Triq il-Blajjiet lejn il-baħar bħalissa mhux possibbli, apparti d-direzzjoni lejn l-eks pixxina.
Għal din il-ġimgħa kien hemm bżonn li ssir devjazzjoni tat-traffiku fil-parti t’isfel ta’ Triq il-Blajjiet, fejn jinsab il-Luzzu.
Fil-preżent, it-traffiku reġa’ ġie kif kien fil-passat: wieħed jitla’ b’mod normali skont it-tabelli tat-traffiku u jinżel lura mill-istess triq lejn il-Luzzu.
Nisperaw li sal-Ħadd jitlesta x-xogħol fiż-Żonqor sabiex ikun jista’ jitkompla t-tarmak fi Triq il-Blajjiet.
Mill-ġimgħa d-dieħla, ir-residenti ta’ Żonqor Heights se jkunu jistgħu jipproċedu lejn il-knisja, l-eks pixxina u Żonqor Heights.
Niskużaw ruħna għal kull inkonvenjent u nirringrazzjawkom tal-paċenzja u l-koperazzjoni tagħkom.
A brief update for the residents of Triq il-Blajjiet, Żonqor Heights.
At present, excavation works are being carried out on part of Triq iż-Żonqor, in front of the water polo pitch.
As a result, it is currently not possible to drive down from Triq il-Blajjiet towards the sea, except in the direction of the former swimming pool.
This week, it was necessary to introduce a traffic diversion in the lower part of Triq il-Blajjiet, near the Luzzu.
At present, traffic has returned to the way it was in the past: vehicles can go up normally according to the traffic signs and return down the same road towards the Luzzu.
We hope that the work in Żonqor will be completed by Sunday so that the asphalting works on Triq il-Blajjiet can continue.
From next week, residents of Żonqor Heights will be able to proceed towards the church, the former swimming pool and Żonqor Heights.
We apologise for any inconvenience and thank you for your patience and cooperation.