Il-Malti fl-UM

Call Directions Website Contact the university

Il-Malti fl-UM Il-paġna tad-Dipartiment tal-Malti fil-Fakultà tal-Arti tal-Università ta' Malta b'aħbarijiet dwar attivitajiet pubbliċi. Din hija paġna ta' informazzjoni biss.

Mhux l-iskop li nwieġbu mistoqsijiet li m'għandhomx x'jaqsmu direttament ma' dawn l-attivitajiet. Din il-paġna tippreżenta wkoll l-inizjattivi tal-Għaqda tal-Malti - Università, li tiġbor flimkien l-istudenti tal-Malti u studenti oħrajn interessanti fil-lingwa, il-letteratura u l-kulturi ta' Malta. Iktbu lil [email protected]

02/11/2026
02/11/2026
NIBNU KELMA MA' DIZZJUNARJU.MT WAQT FESTALINGWI 2026Il-Ħadd li għadda, 25 ta' Ottubru 2026, waqt Festalingwi, Dizzjunarj...
28/10/2026

NIBNU KELMA MA' DIZZJUNARJU.MT WAQT FESTALINGWI 2026

Il-Ħadd li għadda, 25 ta' Ottubru 2026, waqt Festalingwi, Dizzjunarju.mt tad-Dipartiment tal-Malti organizza workshop dwar il-bini tad-dizzjunarju mmexxi mis-Sur Dwayne Ellul, li jispeċjalizza fil-lessikografija u huwa wieħed miż-żewġ edituri ta' Dizzjunarju.mt.

Il-workshop, bl-isem ta' "Nibnu Kelma ma' Dizzjunarju.mt," ħares lejn dak li qed jiġri f'dizzjunarji oħrajn online u kif id-dizzjunarju tagħna jista' jitgħallem mill-isfidi li jħabbtu wiċċhom magħhom dizzjunarji stabbiliti barranin.

Ħares ukoll, b'mod prattiku ħafna, ngħidu aħna permezz ta' kelma bħal "pulmun," lejn il-parametri li jiggwidawna meta niġu għall-ispjegazzjonijiet (iktar milli "definizzjonijiet") tal-kliem.

Sadattant, matul il-Festival kellna żewġ imwejjed b'għadd ta' pubblikazzjonijiet, fosthom Kliemna 1 (maħruġ bi sħab mal-Klabb Kotba Maltin) u materjal promozzjonali ta' Dizzjunarju.mt u tkellimna ma' għadd ta' persuni dwar il-korsijiet u l-pubblikazzjonijiet tagħna.

Is-sehem tad-Dipartiment tal-Malti waqt Festalingwi kien f'idejn Anthea Enriquez u Adrian Grima.

Festalingwi hija attività tal-Jum Ewropew tal-Lingwi organizzata mid-Direttorat Ġenerali għat-Traduzzjoni tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta bi sħab mal-Università ta’ Malta, bl-appoġġ tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta, u bis-sehem imprezzabbli ta’ b***a volontiera minn oqsma differenti.

Is-Sa Kirsty Azzopardi fuq il-Lingwistika Maltija, il-korsijiet tal-Malti bħala Lsien Barrani u l-pubblikazzjonijiet tag...
28/10/2026

Is-Sa Kirsty Azzopardi fuq il-Lingwistika Maltija, il-korsijiet tal-Malti bħala Lsien Barrani u l-pubblikazzjonijiet tagħna fuq Illum ma' Steph tas-27 ta' Ottubru 2026.

Live Streamed from TIMECARE Media

LEKĊER PUBBLIKAItalian (word) histories overseas: observing the lexical ‚footprint‘ of Italoromance with the OIM databas...
20/10/2026

LEKĊER PUBBLIKA

Italian (word) histories overseas: observing the lexical ‚footprint‘ of Italoromance with the OIM database - Prof. Matthias Heinz

📆 It-Tnejn 26 t'Ottubru 2026
⏰ 4pm
📍 ALT (Sala Pietru Pawl Saydon)

Xi informazzjoni dwar il-Prof. Heinz:

Matthias Heinz has been Full professor of Romance linguistics at the University of Salzburg, Austria since 2013; having been trained at the universities of Heidelberg, Pavia, Lyon, Chemnitz and Tübingen he has been a visiting professor to several universities such as the University of Florence (Italy) and the University of Toronto (Canada). He has worked and published on the prosody of Italian and French, the history and phonological typology of Romance languages and on language contact and the lexicon, especially loanwords from Italian. His present research interests focus on the lexical impact of Italian as a donor language throughout the world's languages within the research project OIM (Osservatorio degli Italianismi nel Mondo), an observatory on Italianisms worldwide, which he directs (until 2022 together with L. Serianni) alongside L. Pizzoli and Marco Biffi for the Accademia della Crusca, the National Academy of the Italian language.

Taħdita Pubblika tad-Dipartiment tal-MaltiPatri Pelaġju u De Soldanis: Ħbieb u Għedewwa fis-Seklu 18Il-Ġimgħa, 30 ta' Ot...
20/10/2026

Taħdita Pubblika tad-Dipartiment tal-Malti
Patri Pelaġju u De Soldanis: Ħbieb u Għedewwa fis-Seklu 18

Il-Ġimgħa, 30 ta' Ottubru 2026, 18:30, Sala Pietru Pawl Saydon (ALT)

KELLIEM: Rev. Prof. Martin Micallef

Ir-Rev. Prof. Martin Micallef ilu għal dawn l-aħħar snin jirriċerka l-ħajja u l-ħidma ta’ Patri Pelaġju. Dan il-patri Żebbuġi kien jgħix fi żmien De Soldanis u Saverju Mifsud, u bħalhom kien jaqsam interessi kolti. Nistgħu nsemmu l-ilsien Malti, il-kult Pawlin u l-interess fl-arkeoloġija.

Bħalma Cremona tefa’ d-dawl fuq Vassalli, u Cassar Pullicino fuq De Soldanis, issa kien imiss lir-Rev. Prof. Martin Micallef biex japprezza l-kontribut ewlieni ta’ Patri Pelaġju.

Din it-taħdita għandha tinteressa lill-ħbieb kollha tal-ilsien Malti.

Kordinazzjoni ta' Dr Olvin Vella.

20/10/2026

Kwiżż, kanzunetti, u nies kuntenti 🏆

19/10/2026

Il-logħob u r-reċtar laqqgħu lit-tfal ma’ b***a kliem u espressjonijiet bi lsienna f’attività fil-kampus tal-Università fil-Belt bħala parti mill-ewwel edizzjoni tal-Ġimgħa tal-Malti. Din il-ġimgħa taħbat mal-Jum Dinji tad-Dizzjunarju u mal-anniversarji tat-twelid u l-mewt ta’ Dun Karm, il-poeta nazzjonali. Matul l-attività t-tfal skoprew ukoll kif jistgħu jużaw id-dizzjunarju online. Maria Christina Mallia segwiet l-attività u tkellmet mal-organizzaturi u l-istudenti.

Address

L-Università Ta'
Msida
MSD2080

Opening Hours

Monday 08:00 - 17:15
Tuesday 08:00 - 17:15
Wednesday 08:00 - 17:15
Thursday 08:00 - 17:15
Friday 08:00 - 17:15

Telephone

+35623403303

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Il-Malti fl-UM posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The University

Send a message to Il-Malti fl-UM:

Shortcuts

Share